L-ogħla qorti tal-Unjoni Ewropeja sabet li l-iskema Maltija tal-passaporti tad-deheb, li permezz tagħha kwalinkwe sinjurun ta' nazzjonalita barranija jista' jikseb iċ-ċittadinanza Maltija billi sempiċitament jinvesti lokalment, tmur kontra l-liġi Ewropea.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE qalet li l-iskema Maltija tal-passaporti tad-deheb "tirreduċċi l-akkwist taċ-ċittadinanza għal sempliċi transazzjoni kummerċjali".
Din id-deċiżżjoni turi għal darba oħra li f'dan il-pajjiż ma hemm ebda rispett lejn il-prinċipji bażiċi tal-liġi mill-għola awtoritajiet, għax li kieku ma kienx hekk, ma kienx ikun hemm bżonn li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tiddikjara ruħha fuq prinċipji legali li huma tassew bażiċi.