• News Feed
    • All Groups
    • Male
    • Female
    • CS TREASURE SEARCH
    • Mastermind
    • Pacman
    • Tetris
    • Tetris Ranking
    • DIABLO
    • DIABLO II
    • DOOM
    • DOOM II
    • DOS ZONE
    • All site videos
    • My videos
    • Add video
    • All Pages
    • Create new page
    • All Polls
    • All Events
    • My Events
    • Add Event
    • Add File
  • Login Register
    Joseph Gatt Taħwid f'Malta
    August 13, 2021, 9:38 pm -

    Is-sinifikat esoteriku li n-numru 13 ħaddan sa mill-qedem, huwa mnissel mit-13-il ċiklu tal-Qamar li hemm f’sena. B’hekk n-numru 13 jirrappreżenta l-mewt u t-twelid mill-ġdid fl-istess ħin; għax hekk kif it-13-il xahar jgħalaq sena, jiftaħ oħra. (Kemm il- Musulmani, kemm il-Lhud kif ukoll il-Kristjani għadhom sallum joperaw fuq dan il-kalendarju tat-13-il qamar għal xi wħud mill-festi reliġjużi tagħhom). Għaldaqstant is-simboliżmu li n-numru 13 iħaddan jissellef bil-bosta mill-assoċjazzjoni maċ-ċikli tal-qamar (li jikkorespondu maċ-ċiklu mestrwali tal-mara), u bħala tali jinkludi: femminilità, maġija, spiritwalità u emozzjoni.

    In-numru 13 jirrappreżenta l-mewt u t-twelid mill-ġdid permezz tat-tlugħ fil-ħajja eterna u jirrappreżenta wkoll l-għarfien sigriet tal-ħajja kollha inkluż is-sesswalità sagra.

    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===

    Mhux ta’ b’xejn li t-13-il karta tat-Tarot hija msemmija bħala l-karta tal-Mewt, iżda fil-maġġor parti din tfisser mewt ta' perjodu ta' diffikultà u bidu ġdid (u mhux mewt attwali). F'xi tipi tat-Tarot, it-tlettax il-karta tat-Tarot m'għandiex isem, għax timmarka l-inċertezza, l-eżitazzjoni, l-indeċiżjoni, jew għal darb'oħra t-trasformazzjoni, it-tmiem ta' xi ħaġa (il-mewt) u t-tiġdid, il-ksur, jiġifieri bidla ta’ importanza kbira. Tissimbolizza l-mewt għall-kwistjoni jew għalih innifsu u t-twelid għall-ispirtu: il-passaġġ fuq livell ogħla ta 'eżistenza'.

    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===

    Konċidentalment t-13-il runa fl-alfabet Norveġiż (li tissejjaħ "Eiwaz") hija wkoll simbolikament marbuta mal-bilanċ ta’ bejn id-dawl u d-dlam, il-mewt u t-twelid mill-ġdid, is-Smewwiet u l-Abiss.

    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===

    Kristu w t-tnax-il appostlu wkoll jifformaw grupp ta’ tlettax. Ġuda li ttradixxa lil Ġesù jingħad li huwa t-tlettax-il dixxiplu. Saħansitra t-tlettax-il kapitlu tar-Rivelazzjoni huwa riservat għall-antikrist u għall-kruha.

    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===

    Kemm in-numru 13, kif ukoll in-numru 3, għandhom bosta sinifikat fil-mażunerija.
    Apparti mir-raġunijiet esoteriċi msemmija hawn fuq, it-tlettax huwa simbolu masoniku qawwi minħabba l-arrest tal-Kavallieri Templari nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru, 1307. Waħda mill-aktar leġġendi popolari tgħid li minn dak in-nhar, l-Ordini tat-Templari nbidlet f’ordni masonika.

    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===

    Fl-aħħar nett, tajjeb li nsemmu wkoll li bosta studjużi tal-Bibja iqisu li Ġesù miet l-Ġimgħa, 3 ta’ April, 33 AD.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===


    Nota teknika dwar kif tkabbar l-immaġġini sabiex taraha aħjar.

    Jekk trid tkabbar l-immaġġini fuq l-iskrijn tiegħek, għafas il-buttuni (Ctrl) u (+) f'daqqa. Biex terġa' iċċekken, għafas il-buttuni (Ctrl) u (-) f'daqqa. Biex treġġa' lura d-daqs ta' l-immaggini għal dik li kienet oriġinarjament fuq l-iskrijn, għafas il-buttuni (Ctrl) u żero ('0') f'daqqa.


  • Comment
  • Like
  • Share
  • Back to InboxLatest Members
    Back to InboxSPONSORED
    David Meek
    https://davidmeekscreations.com

    Models and paintings

    Chessbites.com
    https://www.chessbites.com

    Great to search for chess games and totally free. Courtesy of Timothy Mifsud, Malta's national chess champion for 1993-1998.

    Linda Sacketti
    https://www.lindasacketti.art/fine-art-prints

    Fine Art prints

    © COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and Conditions
    © COPYRIGHT ZAFOID© COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and ConditionsPrivacy

    By using this site, you agree to our Privacy Policy including the use of cookies to enhance your experience.