Il-Kardinal Mario Grech (it-tieni wieħed mix-xellugg fl-istampa) kien ġie pproklamat Kardinal fil-Konċistorju tas-28 ta’ Novembru 2020 mill-Papa Franġisku. Huwa mistenni li jipparteċċipa fil-konklavi li ħa jseħħu f'Mejju li ġej — l-ewwel Malti li ħa jgħamel dan wara 194 sena!
Il-Kardinal Mario Grech huwa t-tielet Malti li ġie pproklamat Kardinal. Il-Kardinal Malti ta' qablu kien Prosperu Grech (1925-2019), li kien ġie pproklamat kardinal fit-18 ta' Frar 2012 mill-Papa Benedittu XVI, u b'hekk sar l-ewwel Agostinjan li ħa t-titolu ta' Kardinal fi 111-il sena. Billi l-liġi kanonika tesieġi li l-kardinali jkunu isqfijiet sakemm ma jirċievux dispensa speċjali, Prospero Grech ġie kkonsagrat Isqof ta' San Leone fit-8 ta’ Frar 2012 fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, minn Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta, assistit mill-Arċisqof Giuseppe Versaldi, u Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Prospero Grech kien għamel il-meditazzjoni tal-ftuħ fil-konklavi papali tal-2013, iżda l-età tiegħu żammitlu milli jipparteċipa bħala elettur.
L-ewwel Malti li qatt kien pproklamat Kardinal kien Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien nominat Kardinal mill-Papa Piju VII fil-Konċistorju tas-6 t’April 1818. Il-Kardinal Sceberras Testaferrata kien mill-Belt Valletta. Tul is-27 sena li dam Kardinal sal-mewt tiegħu f’Awwissu 1843, il-Kardinal Sceberras Testaferrata kien pparteċipa fi tliet konklavi (tal-1823, tal-1829, u tal-1830/31) li taw lill-Knisja tliet Papiet.
