• News Feed
    • All Groups
    • Male
    • Female
    • CS TREASURE SEARCH
    • Mastermind
    • Pacman
    • Tetris
    • Tetris Ranking
    • DIABLO
    • DIABLO II
    • DOOM
    • DOOM II
    • DOS ZONE
    • All site videos
    • My videos
    • Add video
    • All Pages
    • Create new page
    • All Polls
    • All Events
    • My Events
    • Add Event
    • Add File
  • Login Register
    Joseph Gatt Taħwid f'Malta
    May 14, 2025, 7:42 pm -

    Ħajt ta' segretezza u silenzju


    Frans Formosa, raġel ta’ 49 sena minn Birkirkara, magħruf bħala “Il-Putatti”, kien instab mitluf minn sensih fuq l-art taċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin, ftit wara s-sagħtejn ta' fil-għodu fil-25 ta’ Novembru, 2019. Il-priġunier ittieħed fl-Isptar Mater Dei fejn miet ftit tal-ħin wara. Ma kienx jideher li kien hemm xi sinjali ta’ "vjolenza esterna".

    Aktar minn ħames snin wara, f’daqqa waħda aħna l-pubbliku sirna nafu l-kawża attwali tal-mewt ta’ Francis Formosa, il-Putatti. llum l-Erbgħa (14 ta’ Mejju 2025), waqt il-ġuri tal-assissinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u tal-avukat Carmel Chircop, intqal li Francis Formosa kien miet wara li kien xorob xi aċidu waqt li kien fil-ħabs! Kif dan l-aċidu ġie f'idejh waqt li kien il-ħabs għadu misteru totali.

    Dan il-ħajt ta’ segretezza u silenzju dwar xi wħud mill-imwiet ta’ priġunieri fl-hekk imsejħa Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kien ġie ikkundannat minn bosta persuni. Pereżempju, ftit wara l-mewt ta’ Francis Formosa, il-Putatti, id-Deputat tal-PN Beppe Fenech Adami kien stqarr li dan “is-skiet tal-gvern, fih innifsu, jqanqal dejjem aktar dubji fir-rigward ta' kif dan il-gvern qed immexxi l-investigazzjonijiet li qed isiru bħalissa.”

    Fenech Adami kompla jgħid li “huwa totalment inaċċettabbli li għandna ministru u awtoritajiet tal-ħabs li qed jiftaħru u jgħidu li m’għadx hemm problemi fil-ħabsijiet tagħna, u s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata, imbagħad għandek sitwazzjonijiet bħal din fejn mid-dehra — peress li ma kienx hemm stqarrija uffiċjali — din il-persuna wettqet suwiċidju billi belet xi tip ta’ likwidu.”

    Skont informazzjoni mqiegħed fuq il-Mejda tal-Parlament mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri ftit tal-ġimgħat ilu, hawn Malta ġew irreġistrati total ta’ 16-il suwiċidju minn priġunieri tal-Ħabs ta' Kordin bejn l-2000 u l-2025. Iċ-ċifri, ippreżentati bi tweġiba għal mistoqsijiet parlamentari, juru li seħħew 15-il suwiċidju bejn l-2000 u l-2021, b'każ addizzjonali ieħor bejn l-2022 u l-2025.

    Waqt li Alex Dalli kien direttur tal-ħabs (2018–2021) kienu tilfu ħajjithom xejn inqas minn 14-il priġunier.

  • Comment
  • Like
  • Share
  • Back to InboxLatest Members
    Back to InboxSPONSORED
    Linda Sacketti
    https://www.lindasacketti.art/fine-art-prints

    Fine Art prints

    Chessbites.com
    https://www.chessbites.com

    Great to search for chess games and totally free. Courtesy of Timothy Mifsud, Malta's national chess champion for 1993-1998.

    David Meek
    https://davidmeekscreations.com

    Models and paintings

    © COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and Conditions
    © COPYRIGHT ZAFOID© COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and ConditionsPrivacy

    By using this site, you agree to our Privacy Policy including the use of cookies to enhance your experience.