Joseph Gatt Chun Wang propjament huwa Ċiniż li sar ċittadin Malti f'Awwissu tal-2023, permezz tal-iskema tal-passaporti tad-deheb. Huwa investitur tal-kripto-munita, u ntraprenditur. Fl-2013, Wang waqqaf, flimkien ma' oħrajn, l-kumpanija F2Pool, waħda mill-ewwel kumpaniji li bdit timmina il-Bitcoin fiċ-Ċina, u waħda mill-akbar fid-dinja.
Din is-sena Wang iffinanzjat privatament il-missjoni spazjali Fram2, li taret permezz tal-vettura spazjali Crew Dragon, ta' Space X. Din kienet l-ewwel titjira tal-bniedem li seħħet f'orbita polari f'rotazzjoni kontrarja għal tad-dinja. Din il-missjoni bdiet fil-31 ta' Marzu (1 ta' April UTC), damet 3.5 ijiem, u spiċċat fl-4 ta’ April 2025 fis-16:19:28 UTC (9:19:28 a.m. PDT, ħin lokali fis-sit tal-inżul), meta l-vettura spazjali Crew Dragon għall-ewwel darba fl-istorja tagħha splaxxjat ġo l-oċejan Paċifiku.
Wang ippjana li l-vjaġġ spazjali jkun l-1,000 titjira personali tiegħu. L-ekwipaġġ (Chun Wang, il-kaptan, flimkien ma' Jannicke Mikkelsen, Rabea Rogge u Eric Philips) wetqu 22 esperiment li jirrigwardaw is-saħħa tal-bniedem u t-teknoloġija tal-esplorazzjoni tal-ispazju, inkluż l-ewwel X-ray fl-ispazju. Kienet ukoll l-ewwel darba li persuni mhux Amerikani pparteċipaw fi titjira spazjali ċivili.
B'hekk Wang kien sar l-ewwel ċittadin Malti li vvjaġġa lejn l-ispazju. Madankollu, l-iskema Maltija tal-passaporti tad-deheb issa ġiet iddikjarata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja bħala illegali (ara https://zafoid.com/post/view/11898). B'hekk irridu naraw jekk Wang ma jibqax Malti, u jekk iċ-cittadinanza Maltija tiegħu qattx kienitx legalment valida.
Timmy Walsh A follow-up of: https://zafoid.com/post/view/11753
Jen Sorensen's insight takes her beyond the packaging of political messaging, and leads straight to the pointed question of who is actually managing to set the political discourse agenda within a country. I find this to be a very perceptive observation of the entire political process.
jensorensen.com/2024/11/20/us-political-media-disinformation-2024-election/