Good evening from Malta's historical city of Senglea! ❤️
Il-lum 2 ta' Frar il-festa tal-Kandlora.
Il-kelma Kandlora ġejja mil-kelma Taljana "Candela" u tfisser il-festa tax-xemgħa. Imma ħafna jirreferu għaliha bħala Gandlora, li hija l-preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. Bl-Ingliż tissejjaħ Candlemass u għalhekk il-kelma hija eqreb lejn ix-xemgħa.
Il-festa tal-Gandlora taħbat dejjem 40 jum mil-Milied. Filfatt, quddiesa fil-knisja Kattolika minn tal-jum issir bil-mixegħla tax-xemgħat. F’din il-ġurnata jinqara dejjem l-Evangelju skont San Luqa (Lq 2, 22-40).
Fl-antik, f'dan il-jum l-Kappillani kienu joffru xemgħa lil mexxej tal-istat. Ukoll il-Kapitlu tal-Katidral kien joħroġ jbierek il-kampanja. Il-Gandlora għandha wkoll rabta mat-temp, għax fl-antik kienu jaħsbu li t-temp fil-Gandlora jindika x-xitwa kif ser tkompli. Eżempju l-ors tal-Gandlora, fejn kienu jgħidu li dan kien joħroġ illum u jekk ixarrab saqajh ikun fadal aktar xita, imma jekk le x-xitwa tkun spiċċat. Għalhekk insibu qwiel jew taqbiliet marbuta mal-Kandlora bħal:
Bnazzi fil-Gandlora xita fora, imma xita fil-Gandlora kwaranta giorni ancora - jiġifieri jekk ikun bnazzi sew fil-Gandlora daqshekk xitwa imma jekk ma jkunx temp tajjeb ikun fadal erbgħin jum ieħor!
Good afternoon from Malta's beautiful St Peter's Pool! ❤
Good evening from Malta's historical city of Vittoriosa! ❤️
Good afternoon from Malta's beautiful Wied iż-Żurrieq! ❤
Baked macaroni the Maltese way.