Please click on the image to see it all.
Please click on the image to see it all.
Please click on the image to see it all.
Good evening from Gozo's famous Ta' Pinu Shrine!
Photo taken by Mohamed Salem.
Il-Presepju : Miti u Leġġendi
========================
Waħda mill-aqwa tradizzjonijiet Natalizji hija ċertament dik tal-presepju. Madwar id-dinja kollha jinħadmu ħafna presepji sbieħ fi żmien il-Milied, b’xi wħud minnhom b’sengħa u ħila li verament tgħaxqek. Madankollu, il-prespju (kif ukoll xenarji artistiċi oħra tan-Natività) mhumiex għal kollox fidili lejn ir-rakkont Bibliku, u, minkejja l-arti mprezzabli ta’ dawn ix-xeneġġjaturi, il-fatt hu li għandhom ħabta jisvijaw mill-istorja Biblika tal-miġja tal-Bambin Gesù.
Per eżempju, filwaqt li huwa aċċettat minn kulħadd li ebda prespju ma huwa komplut mingħajr il-baqra u l-ħmar, fl-Evanġelu ma’ hemm imsemmi mkien li kien hemm xi bejjhem li kienu mal-Familja Mqaddsa waqt li s-Sultan tal-ħlejjaq kollha twieled ġewwa l-maqjel. Dan iddikjarah il-Papa Benedittu XVI stess fil-ktieb “Jesus of Nazareth : The Infancy Narratives”.
Mit ieħor relatat man-Natività hi l-istorja tas-sid tat-lukanda f’Betlem li ma laqgħax u warrab lil Santa Marija, li kienet avvanzata fit-tqala, u lil San Ġużeppi, fis-siegħa tal-bżonn tagħhom. Biss dan is-sid tal-lukanda propjament ma jissemma mkien fil-Bibbja, li tgħid biss li “Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.” (Luqa 2:6-7)
Probabilment li l-miti u l-leġġendi Natalizji jielħqu l-milja tagħhom fir-rigward taż-żjara tat-tlett slaten Maġi. Fil-Bibbja l-evanġelista San Mattew huwa l-unika li jsemmi din il-ġrajja tas-slaten Maġi (Mattew 2:1-12), madankollu, imkien ma qal li kienu slaten!
Mit ieħor fir-rigward tal-Maġi huwa li dawn kienu tlieta. Imma San Mattew mkien ma jgħid kemm kienu. Tant hu hekk li fit-tradizzjoni Ortodossa, ġeneralment jitqies li kien hemm tnax-il Maġi.
Simlarment, l-ismijiet Kaspar, Melkjor u Baltasar tat-tlett Maġi, ġejjin mhux minn sorsi Bibliċi, imma minn sorsi apokrifi. Wieħed mill-Maġi, Kaspar, tradizzjonalment huwa rrapreżentat b’ġilda sewda — dettal ieħor li ġie miżjud mar-rakkont Bibliku mat-tgerbib tas-sekli.
Leġġenda nteressanti oħra hi li dawn il-Maġi kienu xi astrologi pagani, addirittura mgħallma sewwa fi prattiċċi eżoteriċi ta’ twemmin li jmur ferm lil hinn mir-reliġjon Lhudija. Infatti, propjament hekk tfisser il-kelma “maġi” użatta fil-verżjoni Maltija stess tal-Bibbja. Fil-Latin, “magi” hija l-plural ta’ “magus”, li ġeneralment tfisser “saħħar”. San Mattew jgħid li dawn il-Maġi gew mill-Lvant, li għalhekk tista’ tittieħed li talludi għall-qassisin l-iżjed imlaħħqa fl-Imperu pagan Persjan. Madankollu, vers 2:2 jindika li dawn il-Maġi kienu jafu s-sinifikat tal-miġja tal-Bambin Gesù: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Lhiema astroloġi pagani ħa jivvjaġġaw bosta u bosta mili biex jaduraw u jgħatu ġieħ lil iben divinità li lanqas biss iqimu?
Mit ieħor fejn ix-xenarju artistiku tan-Natività għandu ħabta jiżvijja kompletament mir-rakkont Bibliku, hi l-konflazzjoni taż-żjara tal-Maġi, ma’ dik tar-rgħajja. Iż-żjara tar-rgħajja hija msemmija mill-Evanġelist San Luqa, fejn issemmi li dawn “sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura” fil-maqjel (Luqa 2:16). Minn naħa l-ohra, San Mattew isemmi li l-Maġi “daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija” (Mattew 2:11), osija dawn żaru lil Gesù Bambin f’daru stess, u mhux f’kenn temporarju ġewwa maqjel.
San Mattew ma jsemmix meta waslu l-Maġi sa ħdejn Gesù Bambin. Peress li fil-qerda tal-Innoċenti, ir-Re Erodi ordna li l-qtil tat-“tfal subien kollha ta’ minn sentejn ’l isfel, skont iż-żmien li sar jaf mingħand il-Maġi” (Mattew 2:16), jista’ jgħati l-każ li l-Maġi waslu ħdejn Gesù Bambin meta ġa kellu sentejn mgħaluqa. Peress li l-Evanġelist San Luqa indika li l-Familja Mqaddsa kienu telqu minn Betlem tmint ijiem wara t-twelid tiegħu, u vjaġġaw lejn Ġerusalemm u mbagħad lejn Nażaret, jista’ jkun allura li l-“kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel” (Mattew 2:9), tfisser li din il-kewba baqgħet miexja biex eventwalment mexxiet lill-Maġi lil hinn minn Betlem u finalment waqfet f’Nażaret?
Fl-aħħar nett tajjeb li niftakru li, minkejja li aħna niċċelebraw l-Milied f’Diċembru, la l-Evanġelju ta’ San Luqa, u lanqas l-Evanġelju ta’ San Mattew, ma fihom indikazzjoni tal-istaġun jew ix-xahar li fih twieled Ġesù.