Good evening from the gorgeous streets of Malta's Silent City of Mdina! 😍🤩🎆❤️🇲🇹
Good evening from the gorgeous streets of Malta's Silent City of Mdina! 😍🤩🎆❤️🇲🇹
Good afternoon from Malta's very own White Cliffs of Dover! ❤
Magical summer evenings at Gozo's popular sea-side town of Marsalforn! 😍😨❤️
What a superb place from which one can appreciate and meditate on life! 🌝
29 ta’ Ġunju huwa Jum l-Imnarja; kelma Latina li ġejja minn illuminaria li tfisser mixegħla.
Dan hekk kif fl-imgħoddi fil-lejl ta’ 28 għat-29 ta’ Ġunju kienu jinxtegħlu ammonti kbar ta’ fjakkoli, imsiebaħ taż-żejt u ħġejjeġ. Dan kollu kien iqajjem atmosfera mill-isbaħ.
Ma ninsewx li dan kien ta’ gost kbir fiż-żmien li kienet bdiet din il-festa; aktarx qabel il-wasla tal-Kavallieri f’pajjiżna.
Hija wkoll il-festa ddedikata lill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl jew kif jgħidu fin-Nadur Għawdex; San Pietru Pawl (għax jgħaqqdu liż-żewġ qaddisin flimkien).
F’Malta hija tradizzjonalment iċċelebrata fil-Katidral tal-Imdina u f’Għawdex, fin-Nadur.
Kienu jsiru t-tiġrijiet tal-bhejjem fosthom dwieb, żwiemel u ħmir, taħt is-Saqqajja, fit-triq li tagħti lejn is-Siġġiewi.
Fi żmien l-Ordni, dawn it-tipi ta’ tiġrijiet kienu fil-fatt isiru f’bosta festi. Xi ħaġa tradizzjonali li narawha wkoll f’bosta lokalitajiet f’Għawdex sal-lum il-ġurnata speċjalment f’Santa Marija.
U ma nistgħux ma nsemmux il-wirja agrarja li bdiet tittella’ fil-Buskett fi żmien il-Gvernatur William Reid. Infatti, l-ewwel waħda saret fid-29 ta’ Ġunju tal-1854 fil-Buskett. B’hekk kienet festa kompluta fejn kien ikun hemm minn kollox; ikel u prodotti tal-bdiewa, u maż-żmien daħlet il-kompetizzjoni u l-wirja kibret ġmielha. Id-daqq tal-kitarri, l-għana sabiħa Maltija, xi kisra ħobż biż-żejt u t-tadam u ħalli lill-Maltin igawdu.
Jingħad ukoll li dari l-għarus, qabel iż-żwieġ ried iwiegħed lill-għarusa li joħodha l-festa tal-Imnarja kull sena.
Japanese youth: mingling modern culture with age-old traditions.
Good evening from Malta's magnificent Silent City of Mdina! ❤