• News Feed
    • All Groups
    • Male
    • Female
    • CS TREASURE SEARCH
    • Mastermind
    • Pacman
    • Tetris
    • Tetris Ranking
    • DIABLO
    • DIABLO II
    • DOOM
    • DOOM II
    • DOS ZONE
    • All site videos
    • My videos
    • Add video
    • All Pages
    • Create new page
    • All Polls
    • All Events
    • My Events
    • Add Event
    • Add File
  • Login Register
    L-esoteriku f'artna u mal-madwar
      • Posts
      • Members
      • Group About
      • Files
      • Videos
      • Polls
    Joseph Gatt
    April 27, 2021, 1:25 am -

    Dija — l-istess kelma meħudha mill-kelma Latina “deitas”, li tfisser natura divina. Id-dija tax-xemx hija setgħana kullimkien u fuq kull art, u għalhekk tirrappreżenta s-sovranità, il-poter assolut. Din id-dija hi wkoll l-oriġini tad-dawl ta’ matul l-ġurnata, u għalhekk tissimbolizza wkoll l-għerf.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Tlett ġimgħat ilu konna għamilna aċċenn għall-eblema ta’ entità nazzjonali Maltija, w illum ħa nkomplu nindaggaw propju fit-tifsiriet moħbija ta’ din l-istess eblema. Illum imiss li nitkellmu fuq propju d-dija tax-xemx li tinsab fil-qalba ta’ din l-eblema.



    Ġeneralment meta wieħed jkun jrid jirrappreżenta x-xemx u r-raġġi tagħha, b’konvenzjoni artistika li ilha mħaddna s-sekli, l-artist jpoġġi r-raġġi xemxin f’ordni simmetriku w b’mod uniformi madwar ċ-ċirku li jirrapreżżenta x-xemx, ekwidistanti minn xulxin. Imma fil-każ ta’ din l-eblema nazzjonali, ir-raġġi żgur li mhumiex impoġġijin b’mod regolari skont l-imsemmija konvenzjoni artistika. Għalfejn din l-assimetrija? Għalkemm dawn ir-raġġi xemxin donnhom tpoġġew bl-addoċċ, il-verità hi bil-kuntrarju, għax hemm ħsieb preċiz fuq ħsieb preċiz moħbija fid-disinn.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Qabel xejn, isfel nett, fuq in-naħa tal-lemin, kif ukoll fuq in-naħa tax-xellug, tax-xemx, hemm tlett linji orriżżontali. Dawn il-tlett linji orriżżontali jirrappreżentaw propju ix-xefaq, u mhumiex propjament parti mid-dija. Il-kumplament tal-linji li ħirġien mix-xemx huma dajagonali, u dawn huma il-propja raġġi tax-xemx.



    Jirreżulta li dawn ir-raġġi qgħedin imqasma f’erbgħa aggruppamenti, tnejn fuq kull naħa. L-ebda aggruppament mhu eżatt pariġġ l-ieħor, u bejn aggruppament u ieħor m’hemmx raġġi — li hi ħaġa ferm insolita, u tmur b’mod ċar kontra l-konvenzjoni artistika msemmija. Madankollhu dan l-arranġament jikkreja, bejn aggruppament w ieħor, tlett żoni “mudlama” fejn m’hemmx raġġi, kif ukoll sitt linji ta’ demarkazzjoni (mmarkati A’ sa F’ fl-illustrazzjoni mhemuża hawnhekk).



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Għaldaqstant,biex nifthemu tajjeb, jekk nibdew nikkonsidraw l-ewwel aggruppament, min-naħa tax-xellug isfel, u nimxu f’sens orarju lejn il-lemin, għandna nsibu li l-ewwel aggruppament qiegħed bejn ix-xefaq u l-linja A’. Eżatt wara jmiss l-ewwel żona mudlama, bejn il-linji A’ u B’. It-tieni aggruppament ta’ raġġi xemxin qiegħed bejn il-linji B’ u C’. Bejn il-linji C’ u D’ għandna żona mudlama oħra, u mbgħad naqilbu għan-naħa tal-lemin u naslu għat-tielet aggruppament ta’ raġġi xemxin. Dan jinsab bejn il-linju D’ u E’, u jwassalna għaż-żona mudlama aħħarija, li qiegħda bejn il-linji E’ u F’. Fl-aħħar nett insibu l-aħħar aggruppament ta’ raġġi xemxin, bejn il-linja F’ u x-xefaq.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Fl-illustrazzjoni kull raġġ tax-xemx ġie estiżż sax-xifer tal-eblema nazzjonali, biex hekk inkunu nistaw napprezzaw aħjar x’raġġi hemm u lil fejn iwasslu bl-eżżatt. Jirreżulta li fl-ewwel aggruppament għandna għaxar raġġi jisirġu, bejniet ix-xefaq u l-ewwel linja A’. Ghalhekk, jekk nibdew mix-xefaq, u nibdew tilgħajn raġġ raġġ, insibu li riedu nitilgħu għaxar “tarġiet” (jew għaxar “qabżiet”, jekk tipreferi hekk ) sakemm naslu sal-linja A’ ta’ demarkazzjoni, fejn tibda ż-żona mudlama. Bl-istess mod, fit-tieni aggruppament ta’ raġġi (ta’ bejn il-linji ta’ demarkazzjoni B’ u C’) hemm ħames tarġiet, li huma l-ispazji ta’ bejn is-sitt raġġi li nsibu f’din il-parti tad-disinn.



    Fit-tielet aggruppament ta’ raġġi (ta’ bejn il-linji demarkatorji D’ u E’) hemm sitt tarġiet, li huma l-ispazji ta’ bejn is-seba’ raġġi li nsibu f’din is-sezzjoni. Hekk ukoll, fir-raba’ aggruppament ta’ raġġi (ta’ bejn il-linja demarkatorja F’ u x-xefaq) hemm tnax-il tarġa, jew tnax-il qabża minn raġġ għal ieħor sax-xefaq.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Mela, jekk ngħoddu l-għaxar tarġiet ta’ l-ewwel aggruppament, flimkien mal-ħames tarġiet tat-tieni aggruppament, mas-sitt tarġet tat-tielet aggruppament, u mat-tnax-il tarġa ta’ l-aħħar aggruppament, insibu li b’kollox, hemm tlieta u tletin-il tarġa — u dan mhux b’kumbinazzjoni.



    L-angolu ta’ bejn il-linji demarkatorji A’ u E’ huwa rett. L-istess jista’ jingħad għall-angolu ta’ bejn il-linji demarkatorji B’ u F’.



    Jekk nilwu anglu rett lemini, mil-linja demarkatorja C’, minn fuq nett tax-xefaq bl-eżatt (iġifieri mit-tielet linja orrizzontalli), ninterċettaw b’mod preċiż l-ittra “G”.









    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===





    Nota teknika dwar kif tkabbar l-immaġġini sabiex taraha aħjar.



    Jekk trid tkabbar l-immaġġini fuq l-iskrijn tiegħek, għafas il-buttuni (Ctrl) u (+) f'daqqa. Biex terġa' iċċekken, għafas il-buttuni (Ctrl) u (-) f'daqqa. Biex treġġa'  lura d-daqs ta' l-immaggini għal dik li kienet oriġinarjament fuq l-iskrijn, għafas il-buttuni (Ctrl) u żero ('0') f'daqqa.





  • Comment
  • Like
  • Share
  • Joseph Gatt
    April 19, 2021, 7:33 pm -

    Is-sinifikat esoteriku li n-numru 13 ħaddan sa mill-qedem, huwa mnissel mit-13-il ċiklu tal-Qamar li hemm f’sena. B’hekk n-numru 13 jirrappreżenta l-mewt u t-twelid mill-ġdid fl-istess ħin; għax hekk kif it-13-il xahar jgħalaq sena, jiftaħ oħra. (Kemm il- Musulmani, kemm il-Lhud kif ukoll il-Kristjani għadhom sallum joperaw fuq dan il-kalendarju tat-13-il qamar għal xi wħud mill-festi reliġjużi tagħhom). Għaldaqstant is-simboliżmu li n-numru 13 iħaddan jissellef bil-bosta mill-assoċjazzjoni maċ-ċikli tal-qamar (li jikkorespondu maċ-ċiklu mestrwali tal-mara), u bħala tali jinkludi: femminilità, maġija, spiritwalità u emozzjoni.



    In-numru 13 jirrappreżenta l-mewt u t-twelid mill-ġdid permezz tat-tlugħ fil-ħajja eterna u jirrappreżenta wkoll l-għarfien sigriet tal-ħajja kollha inkluż is-sesswalità sagra.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Mhux ta’ b’xejn li t-13-il karta tat-Tarot hija msemmija bħala l-karta tal-Mewt, iżda fil-maġġor parti din tfisser mewt ta' perjodu ta' diffikultà u bidu ġdid (u mhux mewt attwali). F'xi tipi tat-Tarot, it-tlettax il-karta tat-Tarot m'għandiex isem, għax timmarka l-inċertezza, l-eżitazzjoni, l-indeċiżjoni, jew għal darb'oħra t-trasformazzjoni, it-tmiem ta' xi ħaġa (il-mewt) u t-tiġdid, il-ksur, jiġifieri bidla ta’ importanza kbira. Tissimbolizza l-mewt għall-kwistjoni jew għalih innifsu u t-twelid għall-ispirtu: il-passaġġ fuq livell ogħla ta 'eżistenza'.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Konċidentalment t-13-il runa fl-alfabet Norveġiż (li tissejjaħ "Eiwaz") hija wkoll simbolikament marbuta mal-bilanċ ta’ bejn id-dawl u d-dlam, il-mewt u t-twelid mill-ġdid, is-Smewwiet u l-Abiss.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Kristu w t-tnax-il appostlu wkoll jifformaw grupp ta’ tlettax. Ġuda li ttradixxa lil Ġesù jingħad li huwa t-tlettax-il dixxiplu. Saħansitra t-tlettax-il kapitlu tar-Rivelazzjoni huwa riservat għall-antikrist u għall-kruha.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Kemm in-numru 13, kif ukoll in-numru 3, għandhom bosta sinifikat fil-mażunerija.

    Apparti mir-raġunijiet esoteriċi msemmija hawn fuq, it-tlettax huwa simbolu masoniku qawwi minħabba l-arrest tal-Kavallieri Templari nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru, 1307. Waħda mill-aktar leġġendi popolari tgħid li minn dak in-nhar, l-Ordini tat-Templari nbidlet f’ordni masonika.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Fl-aħħar nett, tajjeb li nsemmu wkoll li bosta studjużi tal-Bibja iqisu li Ġesù miet l-Ġimgħa, 3 ta’ April, 33 AD.







    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===





    Nota teknika dwar kif tkabbar l-immaġġini sabiex taraha aħjar.



    Jekk trid tkabbar l-immaġġini fuq l-iskrijn tiegħek, għafas il-buttuni (Ctrl) u (+) f'daqqa. Biex terġa' iċċekken, għafas il-buttuni (Ctrl) u (-) f'daqqa. Biex treġġa'  lura d-daqs ta' l-immaggini għal dik li kienet oriġinarjament fuq l-iskrijn, għafas il-buttuni (Ctrl) u żero ('0') f'daqqa.







  • Comment
  • Like
  • Share
  • Joseph Gatt
    April 12, 2021, 4:16 am -

    Fl-inizjazzjoni tagħhom fl-ewwel grad massoniku, l-apprendisti mażuni jitgħallmu li Loġġa massonika hi mibnija fuq tliet pilastri kardinali, li huma l-Għerf, il-Qawwa u l-iSbuħija; minħabba n-neċessità li jrid jkun hemm l-Għerf biex toħoloq, il-Qawwa biex tappoġġja, kif ukoll l-iSbuħija biex tirfina kull impenn li huwa tabilħaqq grandjuż u ta' importanza.



    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===



    Dan is-simbolu masoniku ta' l-ewwel grad, jiġifieri t-"TLIET pilastri", jidher espliċitament fil-pilastri skanalati fl-emblema Maltija li hemm murija fil-post preċedenti, filwaqt li fl-emblemi l-oħrajn, fejn jidhru żewġ pilastri biss, t-tielet pilastru massoniku huwa okkultat --- imma b'danakollu xorta waħda hu impliċitu.





    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===





    Nota teknika dwar kif tkabbar l-immaġġini sabiex taraha aħjar.



    Jekk trid tkabbar l-immaġġini fuq l-iskrijn tiegħek, għafas il-buttuni (Ctrl) u (+) f'daqqa. Biex terġa' iċċekken, għafas il-buttuni (Ctrl) u (-) f'daqqa. Biex treġġa'  lura d-daqs ta' l-immaggini għal dik li kienet oriġinarjament fuq l-iskrijn, għafas il-buttuni (Ctrl) u żero ('0') f'daqqa.







  • Comment
  • Like
  • Share
  • Joseph Gatt
    April 5, 2021, 10:31 pm -

    Tinnota x-xebħ stilistiku nkredibli ta' dawn l-emblemi?



    Waħda minn dawn l-emblemi tappartjeni għal entità nazzjonali Maltija. Tista' tgħid liema?





    === ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ¤ ===





    Nota teknika dwar kif tkabbar l-immaġġini sabiex taraha aħjar.



    Jekk trid tkabbar l-immaġġini fuq l-iskrijn tiegħek, għafas il-buttuni (Ctrl) u (+) f'daqqa. Biex terġa' iċċekken, għafas il-buttuni (Ctrl) u (-) f'daqqa. Biex treġġa'  lura d-daqs ta' l-immaggini għal dik li kienet oriġinarjament fuq l-iskrijn, għafas il-buttuni (Ctrl) u żero ('0') f'daqqa.





  • Comment
  • Like
  • Share
  • Joseph Gatt Ix-xebħ f'dawn l-emblemi huwa ċar u tond: ix-xemx, il-kolonni, l-art -- kollox għandu tifsira moħbija. Kif jista' jieġu nterpretati dawn is-simboli?

    April 8, 2021, 7:01 pm
    • Report this
    Back to InboxGroup About
    Indaġni dwar diversi intriċċi f'livell għoli fejn l-esoteriżmu jitħaddem biex jkompli jipproteġġi l-privileġġ u għall-gwadan personali.

    Kull dritt miżmum (c).

    Jekk tixtieq tikkummenta, tista' tgħamel dan (naturalment wara li tirreġistra ruħek fuq dan is-sit) fuq din il-paġna publika: https://zafoid.com/page/view/529
    Back to InboxMembers (1)
    Back to InboxSPONSORED
    David Meek
    https://davidmeekscreations.com

    Models and paintings

    Chessbites.com
    https://www.chessbites.com

    Great to search for chess games and totally free. Courtesy of Timothy Mifsud, Malta's national chess champion for 1993-1998.

    Linda Sacketti
    https://www.lindasacketti.art/fine-art-prints

    Fine Art prints

    © COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and Conditions
    © COPYRIGHT ZAFOID© COPYRIGHT ZAFOIDAboutTerms and ConditionsPrivacy

    By using this site, you agree to our Privacy Policy including the use of cookies to enhance your experience.